Sunday, November 17, 2024

“L-emendi fil-liġi tal-IVF idgħajfu d-dinjità… embrijuni b’mard ġenetiku se jiġu ffriżati għal dejjem”

Il-Knisja

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-kurja ntqal li l-emendi fil‑liġi tal‑IVF idgħajfu d-dinjità tal-embrijuni għax jippermettu li dawk b’mard ġenetiku speċifiku jiġu ffriżati għal dejjem.

Il-Knisja qiegħda tqis ukoll li permezz ta’ dawn l-emendi, se ssir għażla diskriminatorja bejn liema tarbija futura tgħix u liema tiġi ffriżata, abbażi tal‑kundizzjoni ġenetika tagħha.

Il-Knisja kkwotat 35 espert multidixxiplinarju fosthom mill‑qasam tal‑mediċina, ix‑xjenza u l‑embrijoloġija, f’position paper li ħejjew bħala parti minn diskussjoni usa li trid issir bħala parti mid-dibattitu Parlamentari dwar l-emendi proposti għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.

F’din il-position paper, l‑esperti jagħrfu t‑tbatija ta’ dawk il‑koppji li jgħaddu mill‑IVF jew li jafu li wliedhom jistgħu jkollhom mard ġenetiku. Għalhekk, qed jappellaw fost l‑oħrajn għal aktar servizzi ta’ sapport lill‑koppji li għaddejjin minn trattament ta’ fertilità, u jsemmu l‑Polar Body Biopsy bħala alternattiva vijabbli flok l‑ittestjar tal‑embrijuni.

Filwaqt li esprimiet it-tħassib dwar it-388 embrijun li diġà huma ffriżati minħabba li fl-aħħar sentejn baqgħu ma ġewx adottati, il-Knisja kkwotat l-esperti li kkonfermaw li tmienja minn kull disa’ kundizzjonijiet ġenetiċi rari msemmija jistgħu jiġu identifikati minn testijiet fuq iż-żewġ ġenituri u jekk ikun hemm bżonn permezz ta’ test fuq il-bajda tal-mara qabel jifforma l-embrijun.

Ekonomija

Sport