Monday, December 30, 2024

L-EMENDI – għal pieni eħrex f’każ ta’ aggressjoni fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi

Aqra wkoll

Dawn huma l-emendi li qiegħed jippropni l-Gvern biex jintbagħat messaġġ qawwi favur il-Forzi tal-Ordni, favur l-istima lejn l-uniformi u d-dixxiplina.

L-emendi proposti huma kif ġej:

  • Meta l-offiża hi ta’ inġurju, theddid jew offiża fuq il-persuna, il-multa minima se tiżdied minn €800 għal €1,200. Il-multa massima se tiżdied minn €5,000 għal €7,500.
  • Meta l-attakk jew ir-reżistenza bi vjolenza jsir minn persuna jew minn żewġ persuni, il-piena ta’ priġunerija se tiżdied minn minimu ta’ sitt xhur għal minimu ta’ sena u minn massimu ta’ sentejn għal massimu ta’ erba’ snin filwaqt li l-multa minima se tiżdied minn €4,000 għal €6,000 u dik massima se tiżdied minn €10,000 għal €15,000.

• Meta l-attakk jew ir-reżistenza bi vjolenza ssir minn tliet persuni jew aktar, il-piena ta’ priġunerija se tiżdied minn minimu ta’ disa’ xhur għal minimu ta’ sena u nofs u minn massimu ta’ tliet snin għal massimu ta’ sitt snin filwaqt li l-multa minima se tiżdied minn €5,000 għal €7,500 u dik massima se tiżdied minn €15,000 għal €22,500.

  • Meta fl-attakk jew ir-reżistenza tintuża arma, il-piena ta’ priġunerija se tiżdied minn minimu ta’ sena għal minimu ta’ sena u nofs u minn massimu ta’ erba’ snin għal massimu ta’ sitt snin filwaqt li l-multa minima se tiżdied minn €8,000 għal €12,000 u dik massima se tiżdied minn €20,000 għal €30,000.
  • Meta dawn l-offiżi, jinkludu vjolenza pubblika, il-piena ta’ priġunerija se tiżdied minn minimu ta’ sentejn għal minimu ta’ tliet snin u minn massimu ta’ ħames snin għal massimu ta’ seba’ snin filwaqt li se jkunu introdotti wkoll il-multi, b’dik minima se tkun ta’ €10,000 u dik massima ta’ €25,000.

Aqra wkoll Messaġġ qawwi favur l-istima lejn l-uniformi u d-dixxiplina

Ekonomija

Sport