Thursday, March 5, 2026

L-Emirates qiegħda topera b’skeda mnaqqsa ta’ titjiriet

Aqra wkoll

Emirates tista’ tikkonferma li bħalissa qed topera skeda mnaqqsa ta’ titjiriet sakemm jitħabbar mod ieħor. Dan isegwi l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-ispazju tal-ajru reġjonali għat-tħaddim sikur tat-titjiriet kummerċjali.

Għall-5 u s-6 ta’ Marzu, aktar minn 100 titjira se jitilqu minn Dubai u jerġgħu jirritornaw. Dawn it-titjiriet se jwasslu nies li jixtiequ jaslu fid-destinazzjonijiet finali tagħhom, kif ukoll merkanzija essenzjali bħal prodotti li jitħassru malajr u farmaċewtiċi.

Emirates se tkompli gradwalment terġa tibni l-iskeda tat-titjiriet tagħha, skond id-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru u jekk jintlaħqu r-rekwiżiti operattivi kollha. Is-sigurtà dejjem tibqa’ l-ogħla prijorità tagħna.

Aħna qed Inkomplu insegwu s-sitwazzjoni u nadattaw l-operazzjonijiet tagħna kif meħtieġ. 

Għalissa, il-klijenti għandhom imorru l-ajruport biss jekk għandhom booking ikkonfermat.

Inħeġġu lill-klijenti kollha biex jiċċekkjaw emirates.com u l-kanali uffiċjali tagħna tal-midja soċjali, fejn se nippubblikaw l-aħħar aġġornamenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport