It-timijiet tekniċi tal-Enemalta qegħdin jaħdmu b’mod kontinwu sabiex isewwu l-ħsarat estensivi li żviluppaw fin-network ta’ distribuzzjoni, sabiex jagħtu lura l-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi f’partijiet tal-Mosta, Naxxar u l-Ħandaq, hekk kif 13-il ħsara f’cables ta’ taħt l-art ġew irreġistrati nhar it-Tnejn filgħaxija.
Hekk kif il-Kumpanija daħlet fit-tieni ġimgħa ta’ xogħlijiet relatati mad-diffikultajiet finnetwork tad-distribuzzjoni kawża tal-mewġa ta’ sħana li laqtet lil pajjiżna, kompliet talloka iżjed riżorsi sabiex jissewwew il-ħsarat fil-cables u terġa’ tikseb il-flessibilità u r-reżiljenza neċessarja fin-network ta’ distribuzzjoni. Peress li ħafna mill-ħsarat tal-ġimgħa l-oħra ssewwew, it-Tnejn filgħaxija, l-Enemalta setgħet tuża l-cables li ssewwew sabiex treġġa’ lura fl-inqas ħin possibbli l-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi li ġew affettwati mill-ħsarat ilġodda. F’żoni oħra, hemm bżonn ta’ tiswijiet oħra tal-cables qabel ma l-konsumaturi jistgħu
jerġgħu jitqabbdu mal-grid.
Timijiet tekniċi oħra tal-Enemalta qegħdin jgħinu lill-konsumaturi li qegħdin jirrapurtaw ħsarat lokalizzati fis-servizz individwali tagħhom, jew f’żoni żgħar, bħal pereżempju f’parti minn triq.
Waqt konferenza stampa li saret it-Tnejn, l-Enemalta spjegat kif f’dawn l-aħħar sena u nofs, nediet investiment ta’ €90 miljun sabiex tiġi msaħħa s-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ Malta. Dan l-investiment ġie msaħħaħ b’€70 miljun oħra ta’ fondi tal-UE, permezz tal-REPowerEU plan. Permezz ta’ dan l-investiment fl infrastruttura, li jinkludu ċentri ta’ distribuzzjoniji ġodda, substations ġodda, cables ta’ taħt l-art ġodda u rinfurzar tal-installazzjonijiet eżistenti,
l-Enemalta qiegħda tkabbar il-kapaċità, flessibilità u r-reżiljenza tal-grid nazzjonali, sabiex tipprovdi servizz aħjar lill-konsumaturi tagħha fil-lokalitajiet kollha.
Iċ-Chairman Eżekuttiv, l-Inġ. Ryan Fava rringrazzja lill-impjegati kollha li qegħdin
jindirizzaw diffikultajiet fin-network, kif ukoll kumpaniji u entitajiet oħra li qegħdin jassistu. “Tul l-aħħar sena, aċċellerajna l-investiment tagħna fis-sistema ta’ distribuzzjoni, u qegħdin nimplimentaw pjanijiet biex ninvestu u nikkonsolidaw ir-riżorsi umani tagħna, sabiex inżidu r-riżorsi tekniċi neċessarji sabiex nipprovdu l-assistenza neċessarja lill-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet fis-servizz fl-iqsar ħin possibbli,” qal l-Inġ. Fava.
Konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku għandhom jinfurmaw lillEnemalta direttament u jirrapurtaw il-ħsara billi jċemplu lit-tim tal-Customer Care talEnemalta fuq 8000 2224 jew billi jċemplu s-Servizz.Gov Helpline 153.