Għall-ħabta tas-1:00 p.m, żviluppa nar fuq substation fi blokka privata ta’ appartamenti fi Triq Sir Patrick Stuart, fil-Gzira. L-inċident wassal għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-inħawi li affettwa madwar 3,276 klijent. Ħadd ma’ weġġa f’ dan l- inċident.
Dan qalitu l-Enemalta fi stqarrija fuq Facebook, fejn spjegat li tat lura s-servizz f’inqas minn siegħa lill-maġġoranza tad-djar u n-negozji, u li bħalissa fadal madwar 309 klijent mingħajr provvista tad-dawl.
Hija qalet li qed taħdem biex tagħti sors alternattiv ta’ provista ta’ dawl b’ mod temporanju sakemm isiru x-xogħolijiet neċessarji.
It-timijiet tekniċi tal-Enemalta jinsabu fuq il-post biex jassistu lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jibdew il-preparamenti neċessarji għat-tiswijiet meħtieġa.
L-Enemalta rringrazzjat lill-ħaddiema kollha għall-interventi immedjati tagħhom.
2:35 p.m- Residenti evakwati wara nirien f’substation fil-Ġżira
Għall-ħabta tas-1:00 p.m, ir-residenti li joqogħdu fi Triq Patrick Stuart kellhom joħorġu minn ġo djarhom, hekk kif substation li jinsab fl-istess triq inħakem minn nirien.
Fuq il-post issejjħu il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Issejħet ukoll ambulanza f’każ ta’ ggħajnuna medika.
Il-Pulizija tinsab ukoll fuq il-post, li bħalissa qed tinvestifa x’seta wassal għal dan l-inċident.
Aktar dettalji malli jaslulna