Friday, December 27, 2024

L-Enemalta tkompli bit-tiswijiet sabiex terġa’ tikseb il-flessibilità fin-networkta’ distribuzzjoni

Aqra wkoll

It-Tlieta filgħaxija, l-Enemalta rreġistrat ħsara waħda fin-network ta’ cables ta’ vultaġġ għoli, komparata mat-13 tal-lejl ta’ qabel, hekk kif it-timijiet tekniċi tagħha komplew bil-ħidma tagħhom sabiex terġa’ tinkiseb il- flessibilità fin-network ta’ distribuzzjoni mill-akrar fis possibbli.

L-unika ħsara fis-sistema ta’ vultaġġ għoli li ġiet irreġistrata t-Tlieta filgħaxija affettwat konsumaturi fin-naħat ta’ Ħal Safi u Ħal Kirkop. Il-provvista tal-elettriku lil dawn ilkonsumaturi ngħatat lura f’inqas minn 75 minuta.

Matul il-lejl, l-Enemalta kompliet bit-tiswijiet fuq cables ta’ taħt l-art li ġarrbu ħsarat kawża tal-mewġa ta’ sħana li laqtet lil Malta f’dawn l-aħħar disat ijiem. Iż-żoni kollha milquta, ħlief iż-żona tal-Ħandaq u Ħal Qormi, reġgħu tqabbdu mal-grid tad-distribuzzjoni permezz ta’ konnessjonijiet alternattivi sa nhar l-Erbgħa filgħodu.

Il-Kumpanija sa issa sewwiet 59 mill-82 ħsara irreġistrata f’dawn l-aħħar disat ijiem, hekk kif għadd ta’ timijiet ta’ tekniċi u Inġiniera qegħdin jaħdmu lejl u nhar sabiex jitlestew it-tiswijiet neċessarji u jerġgħu jiġu enerġizzati l-cables affettwati. B’hekk nerġgħu niksbu l-flessibiltà meħtieġa biex nagħtu lura l-provvista tal-elettriku f’inqas ħin meta tinqala’ diffikultà fin-network.

Fil-frattemp, it-timijiet tal-Customer Response għaddejjin bi programm ta’ ħidma 24/7 madwar Malta u Għawdex sabiex jissewwew il-ħsarat li baqa’ fin-network ta’ vultaġġ baxx. Dan in-network iwassal il-provvista tal-elettriku mis-substation sal-konsumatur individwali.

Dawn il-ħsarat li jiġu rrapurtati mill-konsumaturi u jaffettwaw konsumaturi individwali jew żoni żgħar, bħal pereżempju parti minn triq. Konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku għandhom jinfurmaw lillEnemalta direttament u jirrapurtaw il-ħsara billi jċemplu lit-tim tal-Customer Care talEnemalta fuq 8000 2224 jew billi jċemplu s-Servizz.Gov Helpline 153.

Enemalta qiegħda tuża sistema ta’ notifiki permezz ta’ SMS biex iżżomm konsumaturi li huma rreġistrati aġġornati fuq ħsarat u tiswijiet li jaffettwaw il-provvista tal-elettriku tagħhom.

Il-pubbliku jista’ jirreġistra għal dan is-servizz billi jibgħat SMS fuq in-numru
79052492, bin-numru tal-karta tal-identità. Fuq is-sit elettroniku, jitilgħu aġġornamenti live fuq interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku; https://www.enemalta.com.mt/map/

Ekonomija

Sport