Thursday, November 27, 2025

L-ENFASI FUQ ID-DIĠITAL 

Aqra wkoll

Aktar ma t-teknoloġija qed tiżviluppa u aktar ma d-dinja trid iżżomm ma’ dan l-iżvilupp teknoloġiku, qed jikber l-għarfien li l-pajjiżi kollha speċjalment dawk Ewropej, jaqilbu l-ekonomiji tagħhom għal sistemi diġitali. Dan partikolarment f’dak li jirrigwardja l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. Jekk dan ma jsirx, dawn il-pajjiżi se jaqgħu lura u bosta minnhom jaslu anke li jikkrollaw għax ma jlaħħqux mal-passi mgħaġġla teknoloġiċi.

L-ekonomiji diġitali għandhom ikunu appoġġjati mill-ġirja għall-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni madwar is-setturi kollha tan-negozji bil-għan li jkabbru l-produttività tagħhom. Dan li qed jiġri fil-qasam internazzjonali japplika wkoll għal pajjiżna li minn ftit snin ilu ’l hawn beda jaħseb kif se jimmodernizza u jwassal għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tagħna. Dan għaliex it-tkabbir ekonomiku li għandna llum irid ikun sostnut b’aktar teknoloġija.

Fil-Budget għas-sena d-dieħla jissemma b’mod ċar u tond li Malta se tkun qiegħda tilqa’ l-era diġitali u l-Intelliġenza Artifiċjali bil-fatti, mhux bil-kliem. U proprju waħda mill-miżuri ewlenin hi dik ta’ AI għal kulħadd.

B’din l-inizjattiva, il-Gvern se jpoġġi l-qawwa tal-Intelliġenza Artifiċjali f’idejn kulħadd – b’korsijiet bla ħlas, ċertifikazzjoni nazzjonali u sessjonijiet prattiċi għal ġenituri, studenti, ħaddiema u anzjani. 

B’dan kollu, wieħed ikun jista’ jara iktar kemm l-AI jista’ jgħin fl-istudju, sabiex wieħed jaħdem malajr u jgħix ħajja komda. Dan biex wieħed  jibqa’ juża l-għodod tal-futur kuljum. Ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla.

Fil-Budget 2026 tħabbar ukoll li se jkun hemm investiment fit-teknoloġija u l-kapital: aktar sistemi, software, awtomazzjoni u tagħmir avvanzat; u ħaddiema msaħħa b’ħiliet diġitali. 

Hekk il-produttività tittella’, titnaqqas d-dipendenza fuq il-ħaddiema barranin  u tkun ta’ għajnuna għal kumpaniji sabiex iħallsu pagi aħjar lill-ħaddiema preżenti. Kien għalhekk li tħabbar investiment bla preċedent: €100 miljun għad-diġitalizzazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħallIntelliġenza Artifiċjali (AI), Internet of Things (IoT), cybersecurity, AR/VR, blockchain u robotika. 

Permezz ta’ dan l-investiment bla preċedent fid-diġitalizzazzjoni, nistgħu nassiguraw li jkollna Malta “future-proof”, b’ekonomija li tkun reżiljenti għall-bidla, intelliġenti u kompetittiva. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport