Friday, November 15, 2024

“L-entitajiet għandhom  jitħallew jagħmlu xogħolhom mingħajr ma jispiċċaw għodda ta’ logħob partiġġjan”

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rrefera għal stqarrija tal-Oppożizzjoni ppubblikata dalgħodu. Dan hekk kif aktar kmieni l-kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi f’isem il-Partit Nazzjonalista Joe Giglio qal li l-Gvern laqa’ t-talba li għamel hu ilbieraħ f’isem l-Oppożizzjoni biex issir investigazzjoni indipendenti dwar l-operat tal-Pulizija fil-każ Iosif Galea.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru ntqal li l-Independent Police Complaints Board u l-Imħallef irtirat Franco Depasquale li jmexxih, għandhom jitħallew jaħdmu u jwettqu l-investigazzjonijiet tagħhom f’serenità u skont il-liġi.

“Kuntrarju għall-impressjoni li tingħata fl-istqarrija tal-kelliem tal-Oppożizzjoni, kien nhar it-Tnejn li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ħabbar fil-Parlament li l-każ li ssir referenza għalih kien se jkun investigat anke wara li tkellem mal-Kummissarju tal-Pulizija”, kompliet tgħid l-istqarrija.

Il-Ministeru temm jappella biex il-kummenti jkunu bbażati fuq il-fatti u l-entitajiet jitħallew jagħmlu xogħolhom skont il-liġi mingħajr ma jispiċċaw għodda ta’ logħob partiġġjan.

Ekonomija

Sport