Friday, December 20, 2024

L-era Erdogan fit-Turkija tista’ tispiċċa għada

Aqra wkoll

Il-President Tork Erdogan qiegħed jiġġieled bis-sħiħ biex iżomm postu fil-kariga hekk kif għada mistennija elezzjoni ġenerali li tista’ tara lill-Oppożizzjoni tieħu l-poter.

Ir-rival ta’ Erdogan, Kemal Kilicdaroglu fl-aħħar jiem jidher li kompla jkabbar il-maġġoranza tiegħu f’indikazzjoni ċara li jista’ jirbaħ l-elezzjoni.

Hu qed ikabbar din il-maġġoranza hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja Torka, il-partit kollha tal-Oppożizzjoni ngħaqdu flimkien wara mexxej wieħed.

Kilicdaroglu wiegħed li jekk jieħu l-poter se jkun qiegħed iġib “il-paċi u d-demokrazjoni fil-pajjiż”. Il-mexxej tal-Oppożizzjoni qal li wasal iż-żmien li t-Turkija jkollha Gvern ġdid wara 20 sena ta’ tmexxija tal-President Recep Tayyip Erdogan.

Il-mexxej tal-Oppoizzjoni li għandu 74 sena kkritika bil-qawwa kollha t-tmexxija ta’ Erdogan fejn sostna li ma kienx kapaċi jikkordina s-sitwazzjoni wara li fi Frar seħħew żewġ terremoti qawwija.

Kilicdaroglu qal ukoll li ma jistax ikun li fil-pajjiż jibqa’ jkun hemm din l-inflazzjoni kollha hekk kif miljuni ta’ persuni qegħdin jispiċċaw f’faqar kbir.

Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika Kilicdaroglu qiegħed fuq quddiem fit-tellieqa. Iżda jekk għada hu ma jirnexxilux iġib il-50% tal-voti allura jrid jistenna 15-il ġurnata oħra biex terġa’ ssir elezzjoni oħrajn bejn l-aktar żewġ kandidati li jkunu ġabu voti.

Ekonomija

Sport