Saturday, September 14, 2024

L-eroj li sploda lilu nnifsu biex iwaqqaf lir-Russi milli javvanzaw fl-Ukrajna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Suldat Ukren ġie rrappurtat li sploda lilu nnifsu biex jeqred pont li jgħaqqad ir-reġjun tal-Krimeja mal-Ukrajna biex ma jkunux jistgħu javvanzaw is-suldati Russi.

Is-suldat kien identifikat bħala Vitaly Skakun Volodymyrovych. Skont rapporti jidher li kien hu stess li offra li jkun parti mill-missjoni biex jiġi splodut il-pont ta’ Henichesk.

Huwa mifhum li Vitaly kien qed ipoġġi l-bombi mal-pont meta ra s-suldati Russi ġejjin. Kif intebaħ li ma kellux ċans jirtira qabel jisplodi l-pont għażel li jisplodi lilu nnifsu.

Suldati Urkeni li kkummentaw dwar dak li ġara qalu li ftit qabel sploda lilu nnifsu, Vitaly sellmilhom għall-aħħar darba.

B’dak li għamel is-suldat Ukren qiegħed jitqies bħala eroj hekk kif wara li qered il-pont, ir-Russi kellhom jieħdu rotta ferm itwal u din se tkun qiegħda tagħtihom ċans jiddefendu ruħhom aħjar.

Ekonomija

Sport