Wednesday, December 25, 2024

L-eroj moħbija fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-fantażma ta’ Kiev

Dawk li qed isegwu mill-qrib dak li għaddej bejn ir-Russja u l-Ukrajna, probabbilment diġà ltaqgħu mal-leġġenda urbana li ngħata l-isem  “il-Fantażma ta’ Kiev”. Il-Fantażma ta’ Kiev huwa l-laqam li ngħata lil pilota anonimu ta’ ajruplan militari li fl-ewwel sigħat tal-gwerra kien diġà waqqa’ sitt ajruplani Russi waħdu. Għall-ewwel bosta kienu ħasbu li l-Fantażma ta’ Kiev hija biss leġġenda li qed tingħad fost il-poplu biex jgħollu l-moral, hekk kif ikun ta’ serħan tal-moħħ għalihom li jkun hemm xi ħadd iħarishom mill-għoli. Iżda ġara li fl-aħħar sigħat l-eks President Petro Poroshenko fuq Twitter tella’ ritratt tal-pilota eroj u qal li l-Fantażma ta’ Kiev huwa veru.

Ukrainian Reaper

Fil-preżent l-Ukrajna għandha bżonn ħafna eroj. Wara li fil-midja saru magħrufa l-atti erojċi tal-fantażma ta’ Kiev, fil-midja ħarġu wkoll l-atti qalbiena ta’ suldat li ngħata l-laqam ta’ “Ukrainian Reaper”. Skont rapporti dan is-suldat waħdu kien diġà qatel 20 suldat Russu fl-ewwel jumejn tal-gwerra. L-istess bħall-Fantażma ta’ Kiev, l-identità tal-Ukrainian Reaper hija waħda misterjuża. 

Ekonomija

Sport