Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol kienet bdiet minn meta kont ta’ etá żgħira. Minn dejjem kont nilgħab bil-ballun id-dar. Niftakarni kull weekend nitla’ l-grawnd ma’ missieri.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ St Andrews.
L-esperjenza tiegħi ma’ Luxol għallmitni ħafna ghax tħarriġt ma’ ħafna plejers li niżlu mill-Malta Premier u li mingħandom tgħallimt ħafna.
Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida ma’ Birzebbugia SP hekk kif ingħaqadt magħhom b’self sa tmiem l-istaġun mingħand l-istess St Andrews?
L-esperjenza l-ġdida ma’ Birzebbugia inħares lejha b’ħerqa u bi sfidi ġodda. Għoġobni l-proġett u t-tragwardi tagħhom u l-fiduċja li wrew fija.
Kif tqis il-livell tal futbol Malti fil-preżent u kif rajtu jinbidel tul is-snin? U x’ tikkummenta fuq ir-riżorsi fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?
Nemmen li l-livell tal-futboll Malti għola u l-formats l-ġodda għamlu l-futbol iktar interessanti u kompetittiv, kif ukoll ir-riżorsi tjiebu ħafna fejn qabel.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi lil min jixtieq jagħmel karriera fil-futbol huwa li fil-futbol bħal fil-ħajja jiġu mumenti diffiċli u iebsin peró hemmhekk fejn trid turi l-kapaċitajiet tiegħek!