Tuesday, December 24, 2024

“L-esperjenza tal-impjegati hija parti integrali tal-istrateġija tagħna”

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta reċentament organizza ‘Careers Day @BOV’ fil-Fergħa l-ġdida tiegħu ġewwa Tas-Sliema. Din l-inizjattiva ta’ reklutaġġ kienet ospitata mill-funzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Bank bil-għan li tattira talent ġdid biex jingħaqad mat-tim tal-BOV.

“In-numru ta’ applikazzjonijiet li rajna għal dan l-avveniment kien inkoraġġanti, u serva bħala mezz sabiex nuru l-valur uniku li nipproponu lill-impjegati tal-BOV” qalet Dr Vanessa Borg, Chief People and Change Officer fil-Bank of Valletta. Dr Borg spjegat kif fis-suq tal-llum, huwa essenzjali li jiġu reklutati kandidati li mhux biss jisbqu fi rwol iżda li jirnexxu fil-kultura ta’ organizzazzjoni li tagħti valur lill-impjegati.

Matul din il-ġurnata, l-eżekuttivi tar-Riżorsi Umani tal-Bank ġabru wkoll ideat minn kandidati potenzjali dwar prattiki aktar moderni dwar kif il-Bank jista’ jkompli jevolvi bħala post ideali biex tikseb karriera sodisfaċenti. “L-esperjenza tal-impjegati hija parti integrali tal-istrateġija tagħna.  L-għan tagħna huwa li nipprovdu lill-impjegati tagħna opportunità ta’ impjieg eċċellenti filwaqt li nħalluhom jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.”

Bħalissa li qiegħed jimpjega ‘l fuq minn 2000 impjegat, il-Bank kontinwament ifittex individwi entużjasti lesti biex jibdew karriera ġdida u sodisfaċenti mal-istituzzjoni finanzjarja ewlenija ta’ Malta.

“Careers Day @BOV kien mod tajjeb biex ltqajna ma’ nies ta’ valur, l-iktar għal dawk kollha li qed ifittxu xogħol, dawk li qed ifittxu impjieg ġdid jew oħrajn li jittamaw li jagħmlu tranżizzjoni għal karriera differenti għal kollox.” Għad għandek iċ-ċans li taqbad opportunità kbira! Jekk int interessat li tirnexxi fl-industrija bankarja, ara l-postijiet vakanti attwali kollha tal-BOV billi żżur https://www.bov.com/vacancies/vacancies.aspx .

Ekonomija

Sport