Tuesday, December 24, 2024

L-Estonja vittma ta’ attakk bl-internet wara t-tneħħija ta’ monument Sovjetiku

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Estonja qalu li rnexxielhom iwaq­qfu “l-iktar attakk ċibernetiku elaborat mill-2007 ’l hawn”, liema attakk seħħ ftit wara li ġew imneħħija monumenti Sovjetiċi f’reġjun fejn hemm maġġoranza ta’ etniċi Russi. 

Il-grupp ta’ harckers Russi magħrufa bħala Killnett refgħu r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk fejn fih waqqaf l-aċċess lejn iktar minn 200 sit ta’ istituzzjonijiet tal-gvern u anke privati. Iżda min-naħa tagħhom l-uffiċjali tal-gvern tal-Estonja qalu li dan l-attakk ġie kkontrollat tant li skonthom ħafna ġewwa l-Estonja lanqas biss indunaw. 

Killnet, li kienu wettqu attakk ukoll fuq il-Litwanja f’Ġunju, qalu li huma għamlu dan wara li tneħħa t-tank tal-gwerra Sovjentiku Tu-34, li kien esebit pubblikament fil-belt ta’ Narva, u ttieħed ġewwa mużew. Lura fl-2007 dan il-pajjiż kien sofra minn attakk kbir fuq is-sistema tal-internet u dan kien sar minħabba li kienet tneħħit statwa ta’ żmien l-era Sovjetika, ħaġa li xejn ma kienet niżlet tajjeb mar-Russi. 

L-attakki li seħħew kienu tat-tip DDoS fejn is-sistemi ta’ networks jiġu bbumbardjati b’ammonti kbar ta’ informazzjoni f’daqqa tant li jipparalizzawhom u jieqfu jaħdmu għax ma jkunux jistgħu jlaħħqu. 

Ekonomija

Sport