Bħala sajjetta fil-bnazzi, il-kommunità Etijopiana tinsab maħsuda minħabba azzjonijiet millgvern Malti fuq individwi ta’ din il-kommunità.
Wara kwazi għoxrin sena f’pajjiżna, membri tal-kommunità Etijopiana iqisu ruħhom f’posthom aktar milli fl-Etjopja għal diversi raġunijiet, waħda minnhom li meta waslu Malta, xi wħud minnhom kienu għadhom ta’ età wisq żgħira.
Wara li ħames Etjopjani ġew arrestati mingħajr ħjiel ta’ raġuni mgħotija, għalfejn qegħda tittieħed din id-deċiżjoni u x’wassalna għal dan? Ħbieb u familjari tal-kommunità stqarru kif huma qed jgħixu f’biża u il-ħsieb li oħrajn minnhom għad jiġu arrestati ukoll. Ir-riżultat ta’ din id-deċiżjoni, għalhekk, qed iħalli impatt devastanti li taffettwa il-kommunità sħiħa.
Il-persuni konnetti għand min kienu qed jaħdmu il-ħamsa Etjopjani ġew arrestati ukoll u stqarru li ma kellhom l-ebda indikazzjoni rigward dawn il-mandati ta’ arrest u li, minnufih ġew infurmati waqt it-twassil tagħhom fiċ-ċentru tad-detenzjoni. Madankollu, uħud minn nies li ħaddmu lill-individwi iddikkjaraw li huma għadhom iridu lill-impjegati tagħhom lura u li huma konvinti illi huma ma kisru l-ebda kodici jew ligijiet f’Malta. Apparti minn hekk, hu ta’ importanza li ndawwru l-attenzjoni tagħna lejn dawn l-individwi li ġew arrestati u mqegħda fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi. Inżidu fuq dan billi nirreferu għal Qorti tad-drittijiet umani fl-Unjoni Ewropea u il-kundanna li għamlet fuq il-faċilità imsemmija. Fost ilkummenti, il-UN semmiet bosta referenzi fuq dan iċ-ċentru u il-kundizzjonijiet li ġew meqjusa mhux aċċettabbli u lanqas addattati minn aspett umani.
Filwaqt illi tfixxija ta’ l-azil f’pajjiż ieħor ma jiġix meqjuż bħala reat f’Malta, id-diffikulta biex tikseb ftehim ta’ kif dan ir-riżultat se jaffetwa is-soċjeta ta’ pajjiżna tibqa miftuħa u mhux responduta. Id-deċiżjoni li jiddiportaw ħames Etjopjani li sa dan il-punt bnew ħajjithom f’Malta tul dawn is-snin twal fejn ħallsu taxxi u kabbru familji, kollu bit-tama li itejjbu ħajjithom kemm f’isimhom u kif ukoll f’isem il-komunita tagħhom sabiex ikunu jistgħu jesperjenzaw ċans ta ħajja b’inqas niket, mal-fatt ukoll illi bħal kulħadd jikkontribwixxu lejn l-ekonomija ta’ Malta bil-ħila ta’ l-impieg tagħhom.
Ħaġa tassew ta l-għageb, barra mill-presenza ta’ mudell tajjeb fis-soċjeta Maltija, ħaga li jħalli il-poplu kburi, l-istat qegħda tagħzel li minflok, toħloq spiza oħra firm akbar biex tikkoordina id-deportazzjoni tagħhom bid-deċiżjoni tienja li tiċħadhom minn liberta xierqa kif jistħoqilhom fuq kollox.
il-kundizzjoni li jiffaċċjaw dawn il-povri ħames individwi huma deplorevoli u estremi. Malli ġew mitluba dwar kif jistgħu jiġu assistuti u provduti matul il-miżmuma taghom, ġew infurmati li il-ħames Etjopjani għandom permess jaċċettaw sigaretti, biskuttini jew ċikkulata biss. Barra minn hekk, lanqas giet ingħatat risposta ġusta għalfejn mhux permetti jingħataw kwalunkwa ikel ieħor, jew bżonnijiet ta’ importanza fundamentali, per eżempju ħwejjeġ. Larresti ta’dawn l-indivdwi mhuwiex każ isolat, infatti, xi ftit snin qabel dan, kien hemm grupp ta’ Eriterjani li sfortunatament ġew suġġetti għal-deċiżjoni wisq simili ta dan, li rat iddeportazzjoni tal-grupp imsemmi. Dawn reggħu lura lejn pajjiżhom fejn ġew ittorturati kif ukoll maqtula mill-uffiċjali tal-Eritrea.
Nikkonkludu li dan huwa messaġġ ċar. Jekk id-delegazzjoni Etjopjana tasal sabiex taċċetta ir-rikjesta tal-ministeru ta’ affari barranin, u jekk dawn il-ħames persuni jiġu diportati, hemm possibilita’ kbira li jaffrontu destin pariġġ dak ta’ snin ilu. U f’disappunt traġedju, it-tbatija u injustizzja terġa tirrepeti ruħha.
Għalhekk, aħna opposti ta’ li qed isir u nikkundannaw id-deċiżjoni li jinżammu arrestati fiċċentru ta’ Ħal Safi, post li irrinomat għal-kundizzjonijiet mhux xierqa lill-ħadd. Hija ħaga ta’ disgust li, ma kollu li iddiskutejna, hemm ċans ta’ arrangamenti li jisgħtu jiġu meuħda li ipoġġu bniedmin f’periklu bejn ħajja u mewt. Dawn l-arresti nafu li huma frott ta tneħħija ta’ ċertu protezzjoni li qabel kienet tingħata lil immigrant f’kaz li ma jingħatawx stat ta’refugjat jew inkella l-applikazzjoni tagħhom tkun għada tigi proċessata.
Minhabba li f’ 2021 il-protezzjoni tal-(SRA) ‘’specific residence authoristation’’ ma baqatx tingħata, dan min-naħa tiegħhu ġab problema oħra fejn numru ta’ immigranti spiċċaw bla forma ta’ status. Biex inżidu, dan imbagħad ħoloq lacuna biex l-istat ikun jista jittimbra lin-nies bħala immigranti mingħajr forma ta’ protezzjoni, allura kien meħtieg opportunita’ li issolvi innumru impekkabli ta’ persuni miżmuma taħt arrest bl-għann li jiġu mkeċċin lura lejn pajjiżhom. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn l-inizjattivi huma ta’ inkwiet profonda għal kommunitajiet ta’ dawn l-imsejknin individwi wara li jkunu esperjenzaw vjaggi perikoluzi li jirrikjedu aktar minn saħħa fiżikali, bdew mill-ġdid u sabu fiduċja ikomplu f’art fejn iffurmaw identita’ unika tagħhom. Issa qegħdin f’sitwazzjoni prekarja li qegħda tikkawża biża’ tremenda ma’ qalb il-kommunitajiet tagħhom.