Friday, December 13, 2024

L-Ewropa bi pjan biex tipprojbixxi sa 90 fil-mija taż-żejt Russu sal-aħħar tas-sena

L-Ungerija topponi...

Aqra wkoll

Waqt is-summit li beda f’dawn l-aħħar sigħat fi Brussell, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ddiskutew pjan li jimblokka aktar minn żewġ terzi tal-importazzjoni taż-żejt Russu. Huwa stmat li bħalissa r-Russja qed tesporta madwar 27% ta’ żejt lejn l-Ewropa. 

Din il-projbizzjoni se tkun qed taffettwa ż-żejt li jiġi esportat bil-baħar u mhux iż-żejt li jasal permezz tal-pipeline wara li l-Ungerija ma qablitx ma’ din il-projbizzjoni. 

Dan huwa parti mis-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea riedet tmexxi kontra r-Russja minħabba l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna.

Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-gass mir-Russja lejn l-Ewropa s’issa ma kienx hemm sanzjonijiet li ġew stabbiliti, għalkemm il-pjanijiet li jinfetħu pipelines ġodda mir-Russja għal Ġermanja twaqqfu. 

Ekonomija

Sport