Wednesday, March 25, 2026

L-Ewropa b’riskju li tiffaċċja skarsezza ta’ fjuwil

Aqra wkoll

  • il-Kap Eżekuttiv ta’ Shell

Dikjarazzjoni li qiegħda tħasseb ħafna hi dik li għamel il-Kap Eżekuttiv ta’ Shell fl-aħħar sigħat u li fiha qal ċar u tond li l-Ewropa tista’ tiffaċċja skarsezza ta’ fjuwil minn April minħabba il-kunflitt fil-Golf Għarbi.
Wael Sawan, il-Kap Eżekuttiv ta’ Shell, qal li n-nuqqas ta’ fjuwil se jinħass jekk l-Istrett ta’ Hormuz ma jerġax jiftaħ għat-tbaħħir taż-żejt u l-gass
Il-kap tal-akbar kumpanija taż-żejt tal-Ewropa qal li l-kumpanija qed taħdem mal-gvernijiet biex tgħinhom jindirizzaw il-kriżi tal-provvista taż-żejt u l-gass, li diġà wasslet biex xi pajjiżi fl-Asja bdew ibiegħu l-fjuwil bir-razzjon.
Hu spjega li l-kunflitt sa issa wassal biex il-fjuwil tal-jets – jirdoppja fil-prezz u bassar li d-diżil se jkun taħt pressjoni wara, segwit mill-petrol hekk kif jibda l-istaġun tas-sewqan tas-sajf fl-Istati Uniti u l-Ewropa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport