“Hekk dejjem tkun l-Ewropa. Joqogħdu fil-ġenb. Iżommu d-distanza tagħhom. Xi drabi joħorġu bił-kundanni. Madankollu dejjem jibbenefikaw mir-riżultati.”
Din id-dikjarazzjoni qawwija saret mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ Iżrael, b’riferenza għal kummenti li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Alleanza Militari NATO, Mark Rutte, fejn hu iddikjara li Trump hu diżappuntat bil-pajjizi alleati membri tan-NATO.

