Saturday, December 14, 2024

L-Ewropa mistennija tiddiskuti kif tgħin l-Ukrajna tirkupra fis-Summit Speċjali tal-KE

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru  Robert Abela se jkun qed imur Brussell sabiex jieħu sehem f’Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, li se jkun mifrux bejn il-jum tat-Tnejn u t-Tlieta.

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed jattendi għal summit Speċjali tal-Kunsill Ewropew li se jkun mifrux fuq jumejn bejn illum u għada. F’dan is-summit, is-27 mexxej mill-Istati membri tal-Unjoni Ewropea mistennija jiddiskutu diversi temi, bil-prijorità tkun fuq is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, l-enerġija u s-sigurtà tal-ikel, fost suġġetti oħrajn.

Il-mexxejja Ewropej se jkunu qegħdin jiddiskutu kif l-Unjoni Ewropea tista’ tgħin biex dan il-pajjiż jerġa’ jinbena mill-ġdid wara l-gwerra. Il-President Ukren Volodymr Zelesky se jkun qiegħed jagħmel l-intervent tiegħu b’mod virtwali.

F’dan is-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew se jiddiskuti wkoll il-prezzijiet tal-enerġija, li għollew rashom f’ħafna pajjiżi u li qegħdin iħallu impatt negattiv fuq in-negozji u l-familji. 

Ekonomija

Sport