Il-leġġenda tal-Formula 1, Michael Schumacher, kien involut f’inċident sfortunat fl-2013 f’żona turistika tal-iskiing. F’dan l-inċident huwa kważi tilef ħajtu. Il-konsegwenzi fuq saħħtu xorta kienu gravi ħafna tant li dan ir-rebbieħ tad-dinja għal seba darbiet, spiċċa pparalizzat.
Filwaqt li tul dawn l-aħħar 11-il sena l-familja żammet il-kundizzjoni ta’ saħtu mistura waqt li qiegħed jiġi kkurat fil-privatezza tad-dar tiegħu f’Geneva, ġurnalist viċin il-familja għadu kemm ħabbar li Schumacher issa qiegħed anke jitlef il-fakultà li jesprimi ruħu verbalment.
Dan il-ġurnalist mill-midja Ġermaniż RTL, Felix Gorner, iddeskriva l-kundizzjoni ta’ Schumacher bħala waħda tad-dwejjaq. Dettalji oħra li ta huma li s-sewwieq leġġendarju għandu tim ta’ 20 professjonisti fil-qasam tas-saħħa li flimkien ma’ martu Corinna, jieħdu ħsiebu kontinwament.
Verament ħasra li dan l-atleta kbir kellu jkun vittma ta’ inċident daqstant serju fl-inqas ċirkostanza suspettuża. Huwa weġġa’ waqt li kien f’vaganza ma’ tal-familja.