Saturday, December 14, 2024

L-ewwel darba bl-orħos prezz tal-petrol fiż-żona ewro

Aqra wkoll

Informazzjoni maħruġa kull ġimgħa mill-Kummisjoni Ewropea – il-weekly oil bullettin – jindika li għall-ewwel darba l-prezz tal-petrol f’Malta huwa l-irħas fiż-żona ewro. Il-prezz tad-diżil ta’ pajjiżna issa ilu l-irħas fiż-żona ewro minn ftit qabel tħabbar il-budget għall-2022. Bl-iżviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħa issa jirriżulta li l-familji Maltin u Għawdxin huma dawk fiż-żona ewro li lanqas iħallsu għall-fjuwil.

Kumparat ma’ sena ilu madwar iż-żona ewro l-prezz tal-petrol żdied b’37 ċenteżmu mentri dak tad-diżil tela b’39 ċenteżmu. B’kuntrast f’pajjiżna l-prezz baqa’ stabbli u m’għoliex. Fil-fatt mindu laħaq Prim Ministru Dr Robert Abela f’Jannar 2020, l-prezz tal-petrol u d-diżil f’pajjiżna raħas b’7 ċenteżmu. Malta hija l-uniku pajjiż fiż-żona ewro fejn il-prezz tal-fjuwil illum huwa orħos milli kien qabel bdiet il-pandemija. B’kuntrast fil-Ġermanja l-petrol illum huwa 39 ċenteżmu aktar għoli milli kien fl-2020, mentri d-diżil huwa 36 ċenteżmu aktar.

Din il-ġimgħa persuna li xtrat litru petrol minn pompa f’Malta ħalset 69c anqas minn persuna li xtrat l-istess litru petrol imma minn pompa fl-Olanda. Ma hemmx bżonn wieħed imur daqshekk ’il bogħod. Minn pompa tal-fjuwil fi Sqallija, minflok tonfoq €30 fuq petrol tispiċċa tonfoq kważi €41 għall-istess ammont ta’ petrol. Id-distakk fil-poter tal-akkwist huwa anke akbar jekk tkun issuq karozza taħdem bid-diżil għax f’dak il-każ minflok tonfoq €30 tispiċċa tonfoq €42 għall-istess ammont ta’ diżil. Fuq medda ta’ sena dan ikun ifisser spiża akbar ta’ €624 għall-istess ammont ta’ diżil.

Ta’ min ifakkar li f’Marzu 2013, meta l-prezz internazzjonali taż-żejt f’termini ta’ ewro kien bħalma huwa llum il-prezz ta’ litru petrol f’Malta kien €1.48 mentri d-diżil kien €1.38. Dan jikkonferma kemm Gvern Nazzjonalista kien jimponi piżijiet fuq il-familji ferm għoljin. Fil-fatt taħt Gvern Nazzjonalista l-prezz tal-petrol kien tela b’36%, jew bid-doppju ta’ dak li kien seħħ fil-bqija tal-Ewropa. 


Petrol

Diżil
Malta1.34
Malta1.21
Ċipru1.38
Latvija1.41
Slovenja1.38
Slovenja1.42
Awstrija1.45
Slovakja1.42
Litwanja1.49
Litwanja1.44
Slovakja1.52
Awstrija1.44
Lussemburgu1.53
Spanja1.44
Latvija1.54
Ċipru1.46
Spanja1.56
Lussemburgu1.48
Estonja1.64
Estonja1.49
Belġju1.67
Ġreċja1.59
Irlanda1.74
Portugal1.64
Franza1.77
Irlanda1.65
Portugal1.78
Ġermanja1.66
Ġermanja1.79
Franza1.69





Italja1.82
Italja1.69
Ġreċja1.85
Olanda1.73
Finlandja1.91
Belġju1.73
Olanda2.03
Finlandja1.83
Ekonomija

Sport