Saturday, November 23, 2024

L-ewwel każ dokumentat fid-dinja fejn pazjent li kien infettat bil-Covid19, reġa’ spiċċa infettat

Aqra wkoll

 S’issa d-diskussjoni dwar il-Covid-19 dejjem kienet marbuta mal-prekazjonijiet li rridu nieħdu, b’mod partikolari d-distanzi soċjali, il-kwarantina u l-ilbies tal-maskri fost oħrajn. Sa ftit ilu, kien hemm ċertu serħan il-moħħ, għax kien qed jidher li ma kienx hemm vittmi tal-Covid19 li reġgħu ħadu l-virus wara ftit xhur. Dan issa ma jistax jingħad aktar għax f’Hong Kong instab persuna bil-virus u dan meta dan l-istess persuna kien marad bil-virus ftit xhur ilu. Ir-riċerkaturi f’Hong Kong li sabu dan, qalu li l-paz-jent hu raġel ta’ 33 sena u fit-tieni infezzjoni ma kien qed ibati minn ebda sintomi. Fi kliem ix-xjenzati, m’hemmx lok ta’ allarm. 

Dan il-każ imma qed iqajjem ħafna mistoqsi-jiet, fosthom għal kemm se sserviż-żmien l-injezzjoni kontra dan il-virus.Fost id-domandi u t-tħassib li qajjem dan il-każ, hu dak ta’ kemm isservi l-immunità kontra dan il-vi-rus.Tim ta’ riċerkaturi mill-Uni-versità ta’ Hong Kong, immexxija minn Dr Kelvin Kai Wang, ħabbar ftit jiem ilu biss li sabu dan il-paz-jent li kien reġa’ spiċċa infettat bil-virus. L-ewwel darba li ħa l-virus dan kien f’Marzu li għadda. Dan il-pazjent ħa l-virus, meta riċentament ivvjaġġa lejn l-Ew-ropa, eżattament fi Spanja. 

Jidher li issa dan il-każ qed juri li dawk li jiġu infettati b’dan il-virus, l-immunità tagħhom kontra l-virus tkun waħda temporanja. “Dan hu l-ewwel każ dokumentat fid-dinja, fejn pazjent li kien infettat bil-Covid19, reġa’ spiċċat infettat. Mir-riċerka li għamilna jidher biċ-ċar issa li dan il-virus se jippersisti”, iddikjaraw it-tim ta’ riċerkaturi.Ta’ min jgħid li fl-Istati Uniti kien hemm diversi każi rappurta-ti ta’ persuni li kienu reġgħu ġew infettati, imma l-ebda każ ma kien konfermati minn testijiet xjentifiċi. Kien hemm anke pażjent li kienu ġew meqjusin bħala li fiequ u li imbagħad reġgħu ġew pożittivi ak-tarx għax ma kinux fiqu għal kol-lox.Dan ir-raġel, kien ittestja pożit-tiv għal Covid19 fis-26 ta’ Marzu. Hu ma kellux sintomi qawwija u ddaħħal l-isptar tlett ijiem wara. 

Hu nħareġ mill-issptar fl-14 ta April, wara li ttestja negattiv dar-btejn.Dan ir-raġel mar fi Spanja u fir-Renju Unit u reġa’ ttestja pożit-tiv fil-15 ta’ Awwissu. It-tieni test wera li dan kien infettat bil-virus li hu prevalenti fl-Ewropa.Għadd ta’ virologi madwar id-dinja, iddikjaraw li sa issa jid-her li għadu kmieni wisq biex jid-determinaw jekk dan il-każ f’Hong Kong għandux joħloq allarm. “Sa issa ġew irrappurtati aktar minn 24 miljun każ”, sostniet l-ispeċjalista tal-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO), Maria Van Kerkhov. 

“Irridu nħarsu lejn xi ħaġa bħal din li ġrat f’Hong Kong fuq popolazzjoni sħiħa. Fit-tieni infezzjoni, il-pazjent ma kienx qed juri sintomi. Is-sistema immunitarja tiegħu żammet lil virus milli l-kundizzjoni ta’ saħħtu tmur għall-agħar,” qalet il-Profs Akiko Iwasaki, immunoloġista mill-Università ta’ Yale. Dan m’għandux joħloq allarm. Dan hu każ ta’ kif għandha taħdem l-immunoloġija”. Biss, Iwasaki, qalet li dawk il-persuni li jkollhom il-virus u ma jurux isntomi, jistgħu jinfettaw persuni oħra. Hi saħqet fuq l-importanza tal-injezzjoni. Anki l-epidemoloġista mill-Universita ta’ Columbia fi New York, Dr Jeffrey Shaman, qabel ma’ dak li qalet Iwasaki u qal li minkejja li nstab l-ewwel każ ta’ dan it-tip, m’hemmx lok għal al-larm.Shaman imma ma waqafx hemm u qal li “hu ta’ tħassib kbir, li aħna nistgħu inkunu suġġetti għal infezzjonijiet ġodda mill-virus, anki jekk inkunu imradna qabel”.

L-injezzjoni kemm se sservi?

Qed iqumu għadd ta’ mistoqsijiet ukoll, u li sa issa għadhom mhux imweġbin dwar kemm se sservi żmien l-injezzjoni li se tkun żviluppata biex toffri protezzjoni kontra l-Covid19. Sa issa dan mhux ċar u hemm min qed jargumenta li din tista’ sservi għal ftit xhur biss.

Sport