Monday, April 29, 2024

L-ewwel laqgħa pubblika fuq ir-riforma tal-Qorti tal-Familja

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ser jorganizzaw l-ewwel laqgħa pubblika dwar ir-riforma fil-Qorti tal-Familja nhar is-Sibt li ġej 20 ta’ April fl-10:00am fl-Università l-Antika, il-Belt Valletta. Din il-laqgħa ser issir bil-għan biex il-Gvern jisma’ l-ħsibijiet tan-nies qabel jiġi mniedi d-dokument għall-konsultazzjoni pubblika.

Dawk preżenti jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjoni fuq dawn it-temi:

•⁠  ⁠Proċeduri aħjar fil-Qorti tal-Familja

•⁠  ⁠Inħarsu d-drittijiet ta’ kulħadd

•⁠  ⁠L-Aċċess u l-Manteniment

•⁠  ⁠Kura u Kustodja – Co-Parenting u Parental Alienation

•⁠  ⁠L-irwol tal-Professjonisti mill-Qasam Soċjali

•⁠  ⁠Medjazzjoni aktar effettiva u effiċjenti.

L-iskop ta’ din il-laqgħa pubblika huwa li l-Gvern jisma’ u jikkonsulta, jixtarr biex finalment jattwa favur l-aħjar interess tas-soċjetà fuq din ir-riforma li l-Gvern impenja ruħu li ssir wara wegħda elettorali.

“Is-settur tal-familja huwa wieħed sensittiv, fejn kull sitwazzjoni għandha l-partikolarjiet tagħha u allura kull intervent irid ikun wieħed maħsub. Il-ħidma ta’ kumitat tekniku wasslet għall-ewwel sett ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan is-settur tant sensittiv u importanti. Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni tixhed is-serjetà fl-approċċ li qed jittieħed  biex naslu għal riforma msejsa fuq il-kontribut ta’ stakeholders fis-settur, rapporti u l-esperjenzi ta’ nies li ffaċċjaw dawn ir-realtajiet”, saħaq il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq, “Aħna nafu li meta l-familja tħabbat wiċċha ma’ problemi, ikun hemm ħafna dimensjonijiet legali, emozzjonali u soċjali, u għalhekk bħala Gvern se nkunu viċin in-nies biex nisimgħu, niddiskutu u finalment nwettqu.”

Dawk kollha li jixtiequ jattendu u jipparteċipaw fid-diskussjoni għandhom iċemplu fuq freephone 8000 2056 sabiex jirriservaw posthom għaliex il-postijiet huma limitati u wieħed jeħtieġ jirreġistra qabel biex jattendi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport