Dr Nadia Portelli (PhD) ghadha kif temmet b’success tellieqa fil-kategorija ta Ultra-distanza jisimha TDS (Sur les Traces des Ducs de Savoie), wahda mit- tlielaq li jsiru kull sena fis -summit tal- Ultra-Trail li jsir kull sena f-Chamonix fi Franza.
Din is sena it tellieqa kienet twila 154km u kellha ‘elevation gain’ ta 9300m. It tellieqa tiehu lil atleti f’pajisagg Alpin, li ghalkemm ghandu bellezza naturali huwa difficli immnes biex tigri fih minhabba li tinhtieg precizjoni u hila fizika u mentali . It-tellieqa bdiet minn Courmayeur fl-Italja, ghaddiet minn Petit San Bernard, Bourg San Maurice u Beaufort, zoni gholjin fl-Alpi ta l-Italja u Franza, sakemm spiccat fil muntanji ta’madwar Chamonix fi Franza. Din it-tellieqa hija l-itqal u l-aktar tellieqa teknika mit -tlielaq li jsiru fis summit ta’Ultra-Trail running.
Din sena bdew it tellieqa 1935 atleti, fosthom 212 il-mara. Minn dawn, 1208 -il partecipant irnexxilhom jaslu sa l ahhar. Fost dawn kien hemm 142 mara inkluza Nadia.
Nadia hija l-ewwel mara Maltija li griet b’success din it-tellieqa. Din m’hihiex l-ewwel tellieqa últra’li griet Nadia. Fost hafna tlielaq simili, Nadia griet ukoll Lavaredo Ultra trail, Ultra trail Snowdonia u Madeira Island Ultra Trail.
Minbarra dan is success atletiku. Nadia ghadha kif temmet id dottorat taghha fejn hi irricerkat is- sahha u resiljenza mentali kif ukoll strategiji psikologici li juzaw atleti bhalha biex jghelbu id- diffikultajiet li jiltaqghu maghhom fi tlielaq bhal dawn. Ghaldaqstant hi irnexxilha tghaqqad l-isport ma ricerka akkademika.
Punt important iehor li rricerkat fuqu Dr Portelli hi n-nuqqas ta patecipazzjoni ta nisa fi sport bhal dan, evidenti minn numru zghir ta nisa li hadu sehem f’din tellieqa.