Sunday, December 22, 2024

“L-ewwel pass biex nsalvaw il-ħajjiet huwa li nitfgħu moħħna hemm waqt is-sewqan”

Il-President George Vella dwar is-sigurtà fit-toroq

Aqra wkoll

Bħala nazzjon jeħtieġ li ngħarfu l-urġenza dejjem tikber li niżvilluppaw toroq u attitudnijiet fis-sewqan li jkunu aktar siguri għal kulħadd.

Dan sostnieh il-President ta’ Malta, Dr George Vella waqt li qed jindirizza l-Konferenza Nazzjonali dwar is-Sigurtà fit-Toroq, “Kif nistgħu nilħqu Vision Zero?” organizzata minn Doctors for Road Safety fil-Palazz Verdala.

Ritratt: OPR

Semma wkoll kif id-djalogu mal-Kunsill dwar is-sigurtà fit-toroq, l-organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili u l-Ministeri responsabbli involuti fl-infurzar, ix-xogħlijiet infrastrutturali u s-sigurta fit-toroq, jibqa’ komponent importanti fil-ħidma kontinwa u kollettiva tagħna kontra kull mewt u korriment serju fit-toroq. 

Saħaq kif l-approċċ kollaborattiv għandu jkun fil-qalba ta’ filosofija ‘Vision Zero’ għas-sigurtà fit-toroq.


“Minkejja d-distanzi qosra ta’ Malta, l-inċidenti fatali tat-traffiku jibqgħu jseħħu kważi ta’ kuljum,” qal il-President Vella filwaqt li appella lil kulħadd li jeħtieġ nagħmlu l-ewwel pass u ma nibqgħux inpoġġu l-ħajja tagħna jew ta’ ħaddieħor fil-periklu minħabba li moħħna ma jkunx hemm jew attitudnijiet egoisti.

Ekonomija

Sport