Friday, November 22, 2024

L-ewwel persuna ttestjata bil-vaċċin tal-Covid-19 fir-Renju Unit

Aqra wkoll

L-ewwel voluntiera li ġiet ittestjata bil-vaċċin kontra l-Covid-19 għamlet dan f’Oxford. Elisa Granato kienet waħda miż-żewġ persuni li aktar kmieni kienu l-ewwel żewġ persuni minn fost aktar minn 800 persuna li fuqhom se jkun għaddej studju ta’ riċerka dwar vaċċin kontra l-pandemija. Fl-ewwel kummenti tagħha l-mara qalet li hija wkoll xjenzata u li għalhekk tipprova tgħin fix-xjenza bl-aħjar mod possibbli.

Il-vaċċin ġie żviluppat f’perjodu ta’ madwar tliet xhur minn tim tal-Università ta’ Oxford. Sarah Gilbert, waħda mill-professjonisti involuti fir-riċerka qalet li minkejja li mhijiex se tagħti persentaġġ ta’ kemm temmen li dan il-vaċċin se jkun suċċess, sostniet li hija ottimista ħafna dwar il-probabbilità li l-vaċċin jirnexxi.

Sport