Eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq ta’ Buenos Aires fl-Arġentina, bħalal-ewwel u l-ikbar protesta kontra l-politika tal-gvern il-ġdid Arġentin, minħabba dak li jissejjaħ ix-xokk ekonomiku.
Malli laħaq President, Javier Milei ħabbar miżuri li jinkludu tnaqqis fl-infiq u tnaqqsi drastiku fejn tidħol il-munita.
Huwa ffirma wkoll digriet ta’ riforma ekonomika, li l-għan tagħha, huwa li jtemm il-limiti fuq l-esportazzjoni.
Il-protesta tmexxiet minn gruppi li jirrappreżentaw lill-persuni qegħda. Fuq il-post kien hemm diversi pulizija sabiex iwaqqfu lid-dimostranti milli jimblokkaw it-toroq.
Il-President Milei, li nħatar ġimgħatejn ilu, wiegħed azzjoni iebsa kontra kwalunkwe grupp li jipprova jfixkel il-pjanijiet tiegħu. Nhar it-Tnejn, il-gvern ħabbar li n-nies li pprotestaw fit-toroq, jistgħu jitilfu d-dritt li jirċievu l-benefiċċji tal-istat.
F’diskors imxandar fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni , il-President Milei ħabbar madwar 300 miżura, u qal li se jagħmlu bil-għan li jagħmel l-ewwel pass lejn ir-rikostruzzjoni.
Spjega dak li jittama li l-miżuri jirnexxielhom jinksbu. Huwa qal; “L-għan huwa li nibdew fit-triq lejn il-bini mill-ġdid ta’ pajjiżna, nirrestawraw il-libertà u l-awtonomija lill-individwi u nibdew iżarmaw il-firxa vasta ta’ regolamenti li fixklu u waqqfu t-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna.”