Wara li fl-aħħar jiem Julia Wandelt it-tfajla ta’ 21 sena mill-Polonja allegat li hi Madeleine McCann u anke talbet eżami tad-DNA, jidher li l-familja ta’ Madeleine fl-aħħar ħinijiet talbet biex dan l-eżami jsir.
Sorsi qrib il-familja ta’ Madeleine qalu lill-midja internazzjonali li “l-familja mhux se titlef l-ebda ċans u se tkompli tfittex lil Madeleine u timxi ma’ kull biċċa prova li jista’ jkun hemm.”
L-istess sorsi qalu li l-familja qiegħda tħares lejn il-fatturi kollha tal-istorja u anke li t-tfajla Pollakka tixbaħ ħafna lil Madeleine. Jekk dak li qed tgħid huwa minnu allura hemm ċans kbir li hija hi fil-verità.
Skont rapport fil-midja jidher li membru tal-familja McCann għamel kuntatt mal-awtoritajiet u d-DNA se jsir fuqu. Julia qiegħda tittama li fil-jiem li ġejjin ikollha kuntatt mal-ġenituri ta’ Madeleine u titkellem magħhom.
Il-Pollakka tgħid li għalkemm hi għanda 21 sena, ġieli semgħet lil tal-familja li ma jafux eżatt kemm għandha żmien eżatt.
Jekk hi Madeleine allura għand għandha 19-il sena. Hija tgħid li apparti n-nemex li għanda eżatt jaqblu mat-tifla nieqsa, għandha marka fuq għajnha li wkoll it-tifla McCann kellha waħda bħala.