Il-Franċiżi qed jitfgħu l-vot tagħhom fl-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet fil-proċess biex jeleġġu President.
Emmanuel Macron għandu sfida qawwija mill-isfidant tal-lemin estrem Marine Le Pen, li f’dawn l-aħħar jiem kompliet tagħmel avvanzi sostanzjali fost l-elettorat.
Disgħa u erbgħin miljun persuna huma eliġibbli biex jiddeċiedu liema tnejn minn 12-il kandidat għandhom jieħdu sehem fl-elezzjoni deċiżiva.
Iżda wara erba’ sigħat ta’ votazzjoni, kwart biss tal-votanti kienu ħarġu jivvutaw – l-inqas rata fl-aħħar 20 sena.
Madwar 25.48 fil-mija tal-votanti ħarġu jivvotaw sa nofsinhar, meta mqabbla ma’ 28.54 fil-mija fl-aħħar elezzjoni presidenzjali fl-2017, meta Emmanuel Macron kien elett għall-ewwel darba bħala president.
Il-President Macron u Marine Le Pen huma l-iktar kandidati favoriti fost it-12-il kandidat, għalkemm il-vantaġġ ta’ Macron naqas b’mod sinifikanti fl-aħħar jiem. Il-kamp fuq in-naħa tal-President huwa mħasseb li rati għoljin ta’ astensjoni jistgħu jintużaw minn kandidati tal-oppożizzjoni f’każ ta’ rebħa ta’ Macron biex jiddubitaw il-leġittimità tar-rebħa tiegħu.
Iż-żewġ rebbieħa fir-rawnd tal-lum se jiffaċċjaw lil xulxin fit-tieni rawnd fl-24 ta’ April.