Sunday, November 24, 2024

L-ewwel rawnd tal-Hill Climb pospost b’ġimgħa minħabba l-maltemp

Aqra wkoll

L-Island Car Club qiegħed javża lis-sewwieqa u lill-pubbliku inġenerali li l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb se jkun qiegħed jittella’ l-Ħadd 20 ta’ Marzu. Dan minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li minħabba fihom qiegħda tiġi posposta b’ġimgħa din l-attività.

L-Island Car Club kellu jkun qiegħed jorganizza l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb bis-sapport ta’ England Insurance għada l-Ħadd 13 ta’ Marzu.

Disgħin karozza se jkunu qegħdin jikkompetu f’diversi klassijiet f’Dawret il-Mellieħa, il-by-pass mill-Għadira sal-Mellieħa. Triq li hija magħrufa mid-dilettanti tal-motorsport bħala Pennellu.

Sport