Saturday, September 14, 2024

L-ewwel rebħa staġjonali ta’ Vangiskan Scott fil-Premier

Aqra wkoll

Miktub minn Kenneth Vella 

It-tmintax-il laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. L-aktar tiġrija mistennija kienet dik tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mill-Franċiż Vangiskan Scott ta’ Carl Caruana.

Tnax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Ir-rebbieħ ta’ din it-tiġrija, Vangiskan Scott (Carl Caruana) ħalla kollox għall-aħħar 500 metru. Dan mar quddiem u rnexxielu jaqsam il-linja finali wara li xejjen l-isfida ta’ Baladin Du Reynard (Kurt Saliba). Eagle B Butcher (Cliferty Calleja) daħal fit-tielet post minn Jefferson Dotcom (Charles Camilleri).  L-ewwel rebħa staġjonali ta’ Vangiskan Scott tasal f’medja ta’ 1.17.8” fil-kilometru. 

French Laundry jirbaħ l-aħħar tiġrija tal-ġurnata. Ritratt: Mike Orland

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Digital Life (R. Gatt) Ħin – 3.30.4” (1.19.7”) 2. Great Angel (N. Azzopardi) 3. Divonne (V. Fenech) 4. Vasterbo Brazilia (K. Caruana)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Himitri Star (C. Farrugia) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Bueno Honey (M. Spiteri) 3. Firoza (G. Gatt) 4. Artiste d’Alice (J. Bowell) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Goliath Boko (J. Vassallo) Ħin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Gallita (Ch. Gauci) 3. Gladiateur Flower (C. Camilleri) 4. Fast Cash S.F. (R. Magro) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Daldry De L’Ante (M. Debono) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Cessillac (Ch. Degiorgio) 3. El Gusto (Cherise Farrugia) 4. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Carlos De Godisson (D. Ellul) Ħin – 3.27.7” (1.18.7”) 2. Emeraude De Bougy (V. Camilleri) 3. Close to Heaven (M. Sammut) 4. Bilton (D. Baldacchino) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Felin Du Dropt (C. Vassallo) Ħin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Coquin De Cessevil (R. Briffa) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Drole De Destin (J. Said) 

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Cutty Sark (E. Attard) Ħin – 3.19” (1.15.3”) 2. Atout De Montbrun (J. Gafa’) 3. What You Want (C. Caruana) 4. Beau De Morgane (M. Debono) 

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vangiskan Scott (C. Caruana) Ħin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Baladin Du Reynard (K. Saliba) 3. Eagle B Butcher (C. Calleja) 4. Jefferson Dotcom (C. Camilleri)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fakir De Mone (D. Cortis) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Faste De Chenu (R. Briffa) 3. Voyou De Javron (T. Mallia) 4. Ebene De Grez (Cherise Farrugia) 

X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. French Laundry (M. Mifsud) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Livi Majesty (R. Gatt) 3. Diza Du Courtille (I. Stivala) 4. Ami De Clerlande (T. Mallia)  

Ekonomija

Sport