Monday, November 4, 2024

L-ewwel rebħa tas-sena għal Azur Des Caillons fi klassi Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Oliver Briffa, Azur Des Caillons rebaħ it-tiġrija prinċipali li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mit-tielet laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Azur Des Caillons (Oliver Briffa) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn D’Artagnan France (Jesmar Gafa’) u Coeur De Loup (Rodney Gatt). Azur Des Caillons kien kontinwament quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Winner Bac (Shawn Axisa) u Cristal Pierji (George Attard). Blackaro (Dylan Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Intant l-ewwel rebħa tas-sena ta’ Azur Des Caillons waslet f’medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Vieux Lille (E. Bezzina) 3. Fleur De Blay (C. Camilleri) 4. Lillen Sisu (J. Briffa) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ulk Du Hauty (A. Magro) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 3. Hermes Du Vivier (C. Seychell) 4. Cocktail Leman (C. Mifsud) 

III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Herington Williams (R. Magro) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Helios Du Trufier (N. Barbara) 3. Jogger Justice (C. Farrugia) 4. Heroine Flanderie (J. Carabott) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Deal On Line (C. Borg) 3. Giggs Boko (Ch. Gauci) 4. Vuiton Ferm (H. McKay)

Caviar du Vivier jagħti l-100 rebħa fil-karriera lil George Attard

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caviar Du Vivier (G. Attard) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. First Love M.L. (R. Gatt) 3. Zio Tom Jet (C. Camilleri) 4. Barrio Josselyn (A. Cassar) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bailiff (N. Barbara) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3. Edson Boko (C. Camilleri) 4. Glen Ord Superb (R. Gatt) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Azur Des Caillons (O. Briffa) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Winner Bac (Sh. Axisa) 3. Cristal Pierji (G. Attard) 4. Blackaro (D. Gatt) 

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Appreciated (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.14.6”) 2. Dream Turgot (J. Gafa’) 3. Bicetre (R. Magro) 4. Dear Matrix (C. Vassallo) 

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Flash Du Condroz (C. Camilleri) 3. Elegant De Magny (D. Baldacchino) 4. Fiston d’Haufor (A. Farrugia)

Hooker Berry impressjonanti fil-Grand Prix d’Amerique

Fl-istess jum, fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-tiġrija ewlenija fil-kalendarju tat-trott mondjali, il-Grand Prix d’Amerique. B’kollox ġrew sittax -il żiemel fuq distanza twila ta’ 2700m. Ħareġ rebbieħ il-Franċiż Hooker Berry misjuq mill-popolari Franċiż Jean Michel Bazire. Dan attakka fuq in-naħħa ta’ barra fl-aħħar metri biex qasam il-linja finali l-ewwel f’medja ta’ 1.11.7” fil-kilometru. Ampia Mede SM (Franck Nivard) daħlet it-tieni minn Italiano Vero (David Thomain) u Hip Hop Haufor (Christian Bigeon). 

Ta’ min wieħed jinnota li dan kien il-ħames suċċess ta’ Bazire fl-Amerique. Hu kien rebaħha wkoll fl-1999 bl-Amerikana Moni Maker, fl-2004 b’Kesaco Phedo, fl-2015 b’Up And Quick u fl-2019 b’Belina Josselyn. Is-sena li għaddiet kien ibnu Nicolas li ttrijonfa b’Davidson Du Pont. 

Sport