Saturday, December 28, 2024

L-ewwel riżenja ta’ Isqof b’riżultat ta’ proċeduri ġodda b’rabta ma’ abbużi sesswali

Aqra wkoll

Kien proprju sena ilu meta l-Papa Franġisku kien ħareġ proċeduri ġodda marbutin ma’ investigazzjonijiet ta’ isqfijiet b’rabta ma’ allegati abbużi sesswali jew inkella in-nuqqas ta’ azzjoni fuq abbużi sesswali minn qassisin. Illum sena wara, dawk il-proċeduri imsejħin Vos Estis Lux Mundi, jidher li dawn qed jaħdmu hemm kif kollox qed jindika li tneħħa l-ewwel Isqof konsegwenza ta’ dawn il-proċeduri ġodda.

Sorsi qrib il-Knisja Maltija qalulna li “fl-aħħar jiem il-Vatikan ħabbar fi stqarrija qasira ħafna ta’ żewġ linji li l-Papa Franġisku aċċetta ir-riżenja ta’ l-Isqof Joseph R. Binzer mill-Arċidjoċesi ta’ Cincinnati.”

L-istess sorsi qalulna li ‘għalkemm b’mod uffiċjali ma ngħatawx raġunijiet għal din ir-riżenja, kollox qed jindika li l-Isqof Binzer allegatament instab ħati taħt il-Vos Estis, li tfisser li nstab ħati li allegatament intervjena jew evita milli ssir investigazzjoni fuq qassis li dwaru kien hemm akkużi ta’ abbużi sesswali. Din hi xi ħaġa li turi l l-Vos Estis Lux Mundi, qiegħda taħdem”, sostnew l-istess sorsi.

Enfasizzaw li “dan hu każ fejn għandna riżenja ta’ Isqof mhux għax wettaq xi abbuż hu, imma għax ma marx għand is-superjuri tiegħu meta kien jaf li hemm allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali minn qassis fl-istess djoċesi.  Nemmnu li din hi bidla kbira li saret sena ilu fil-knisja Kattolika b’rabta ma’ investigazzjonijiet marbutin ma’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali”.

Ta’ min jgħid li minkejja li l-Vatikan ma tax dettalji dwar ir-riżenja, l-Arċidjoċesi ta’ Cincinnati, iddikjarat li l-Isqof Binzer kien diġa tneħħa minn Direttur tal-Qassisin wara li hu kien naqas li jinforma dwar l-aġir ta’ Fr Geoffrey Drew, lil Isqof Dennis Schnurr. Fr Drew qed ikun akkkużat li stupra tifel fis-snin tmenin u disgħin, snin qabel hu kien ordnat qassis  u meta hu kien direttur mużikali f’parroċċa f’Cincinnati. Fr Drew wieġeb mhux ħati u mistenni jgħaddi ġuri f’Ottubru.

L-Isqof Binzer qal li “ninsab dispjaċut fuq ir-rwol tiegħi ta’ kif indirizzajt il-każ ta’ Fr Drew.  Dan kellu impatt negattiv fuq il-fiduċja tan-nies fl-Arċidjoċesi. Matul ix-xahar ta’ April studjajt il-każ.”

Ekonomija

Sport