Monday, December 23, 2024

L-ex champion tad-dinja tal-boxing George Foreman fil-qorti b’allegazzjoni ta’ abbuż sesswali

Aqra wkoll

Żewġ nisa fetħu kawża legali fl-Istati Uniti wara li akkużaw lill-eks champion tad-dinja tal-heavyweight, George Foreman, b’abbuż sesswali fis-snin sebgħin.

In-nisa qed isostnu li t-tnejn iltaqgħu ma’ Foreman meta kienu tfal peress li missirijiethom kienu assoċjati mal-boxer li llum għandu 73 sena.

Waħda qed  takkuża lil Foreman li abbuża minnha meta kellha tmien snin u li kellu x’jaqsam sesswalment magħha meta kellha 15-il sena.

It-tieni mara qed takkużah li abbużaha u stupraha sesswalment meta kellha 15 u 16-il sena.

Min-naħa tiegħu, Foreman ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.

Fi stqarrija f’Lulju, meta l-allegazzjonijiet saru pubbliċi għall-ewwel darba, huwa qal: “F’dawn l-aħħar sitt xhur, żewġ nisa kienu qed jippruvaw “jisirqu” miljuni ta’ dollari mingħandi u mill-familja tiegħi. Huma qed isostnu b’mod falz li abbużajthom sesswalment … 45 sena ilu … fis-snin sebgħinijiet.

“Jien niċħad dawn l-allegazzjonijiet b’mod  kategoriku. L-integritá fir-reputazzjoni tiegħi tfisser għalija daqs il-kisbiet sportivi tiegħi, u mhux se niġi intimidat minn theddid u gideb bla bażi.”

Huwa żied jgħid: “Jien ma nagħżilx il-konfrontazzjoni … izda lanqas naħrab minnha.”

Ekonomija

Sport