Sunday, December 22, 2024

“L-eżamijiet fil-primarja kif nafuhom aħna m’hemmx posthom”

Aqra wkoll

Hekk kif illum l-istudenti tas-sitt sena fl-iskejjel primarji jibdew l-eżamijiet tal-benchmark, is-Surmat tal-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex Lelio Spiteri sostna li “ma nistax għaliha din li tfal ta’ għaxar snin jgħidulek li jħossuhom imbeżża’ jew wisq eċitati lejlet l-eżami.”

Sostna li “l-eżamijiet fil-primarja kif nafuhom aħna m’hemmx posthom.” Lelio Spiteri magħruf għal mod kif imexxi l-iskola tiegħu jemmen li fil-livell primarju assessjar kontinwu bis-sens u li jsir kif suppost huwa l-aħjar għodda biex jurina fejn ikun wasal l-istudent u liema oqsma jeħtieġ jaħdem aktar fuqhom.

Jgħid li l-istudenti qegħdin inbeżżgħuhom hekk kif qabel dawn l-eżamijiet ikunu qishom sejrin għall-ġudizzju universarli.

Semma kif meta kellna l-Covid, l-eżamijiet ma sarux u wliedna xorta mxew ‘il quddiem. “Iva possibli li minn din l-esperjenza qarsa ma tgħallimna xejn? Għeżież studenti, awguri. Agħmlu li tistgħu iżda tinsew qatt li intkom tiswew ħafna aktar minn marka ta’ eżami,” temm jgħid Spiteri.

Ekonomija

Sport