Sunday, December 22, 2024

l-FA Brażiljana trid taħtar lil Carlo Ancelotti bħala l-coach tat-team nazzjonali

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li l-FA Brażiljana hija lesta li tistenna sas-sajf biex taħtar lil Carlo Ancelotti bħala l-coach il-ġdid tat-team nazzjonali tal-Brażil.

Dan l-irwol bħalissa huwa vakanti wara li Tite rriżenja wara l-eliminazzjoni tal-Brażil mit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. 

Minn dakinhar, l-FA Brażiljana fasslet lista ta’ sostituti possibbli u jidher li huma lesti li jaħtru coach barrani.

Il-media Brażiljana qed tirrapporta li l-FA Brażiljana hija lesta tistenna sa Ġunju biex timpjega lil Ancelotti, li jrid jispiċċa l-istaġun ma’ Real Madrid. In-negozjati qed jimxu ‘l quddiem u ġiet ippjanata laqgħa bejn il-president tal-FA, Ednaldo Rodrigues, dak ta’  Real Madrid, Florentino Perez.

Il-kuntratt attwali ta’ Ancelotti ma’ Real Madrid jiskadi fl-2024 u r-ritorn tiegħu fl-istaġun li għadda kien suċċess kbir hekk kif mexxihom lejn ir-rebħ tal-kampjonat u tal-UEFA Champions League. 

Ix-xahar li għadda, rapporti fil-Brażil ssuġġerew li l-eks stilla ta’ Inter, Ronaldo, kien qed jagħmel pressjoni biex Ancelotti jiġi impjegat, u jemmen li se jkun l-għażla t-tajba biex iġib glorja lis-Selecao. Ir-rebbieħ darbtejn tal-Ballun tad-Deheb ġie msejjaħ biex jgħin fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ffirma kuntratt mal-FA.

Ekonomija

Sport