Tuesday, December 24, 2024

L-FA Franċiża trid li Didier Deschamps jibqa’ coach nazzjonali

Aqra wkoll

L-FA Franċiża trid li Didier Deschamps jibqa’ fir-res­ponsabbiltá tat-team nazzjonali minkejja li tilef il-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina 4-2 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 3-3. 

Il-kuntratt ta’ Deschamps intemm proprju mas-suffara finali tat-Tazza tad-Dinja, iżda l-president tal-Assoċjazzjoni Franċiża, Noel Le Graet, qal li l-coach ta’ 54 sena għamel xogħol mpekkabbli fit-team nazzjonali fejn mexxih għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 2018 u l-UEFA Nations League 2021 kif ukoll sal-finali tal-Euro 2016.

Graet sostna li huwa se jippreżenta offerta ġdid lil Deschamps minħabba li għandu l-fiduċja tal-Assoċjazzjoni. Huwa qed jittama li t-tweġiba tkun fl-affermattiv hekk kif ix-xahar id-dieħel se jiltaqgħu f’Guingamp.

Ekonomija

Sport