Il-president tal-FA Franċiża, Noel Le Graet, jixtieq li l-coach attwali Didier Deschamps jġedded il-kuntratt tiegħu għal terminu ieħor wara s-suċċessi li kiseb f’dawn l-aħħar snin.
Le Graet qal li għandhom il-fortuna li l-coach u l-istaff tiegħu huma ferm professjonali u effiċjenti f’xogħolhom u ma jixtieqx li dan kollu jispiċċa.
Madankollu hemm diversi spekulazzjonijiet li qed jgħidu li Zinedine Zidane hu lest li jieħu t-tmun tat-team f’idejh ġaladarba Deschamps jiddeċiedi li ma jkomplix.