L-eks plejer ta’ AC Milan Lucas Paqueta jinsab fl-inkwiet hekk kif il-federazzjoni Ingliża qed takkużah li għamel xi imħatri fuq xi logħbiet internazzjonali. Hekk kif kollox kien jidher li l-plejer Brażiljan jitlaq lil West Ham sabiex jingħaqad maċ-champions Manchester City, kollox ġie mwaqqaf ħesrem.
L-FA Ingliża diġa’ kellha każ simili riċentement permezz ta’ Ivan Toney ta’ Brentford li saħansitra kien ġie skwalifikat għal tmien xhur sħaħa.
Sadanittant, Paqueta qed jiċħad kull allegazzjoni fil-konfront tiegħu.