Il-Football Association nediet investigazzjoni wara li Kevin de Bruyne ta’ Manchester City kellu oġġetti mitfugħa lejh waqt ir-rebħa 3-1 għand Arsenal nhar l-Erbgħa filgħaxija.
Il-midfielder kien fil-mira waqt li kien miexi madwar il-ground wara li ġie sostitwit tard. Ir-referee Anthony Taylor hu maħsub li semma’ l-inċident fir-rapport tal-partita tiegħu.
De Bruyne skorja u assista goal hekk kif is-City ħadu l-ewwel post fil-Premier League mingħand il-Gunners.