Sunday, November 24, 2024

L-FA Spanjol tiftaħ investigazzjoni interna dwar il-każ ta’ Luis Rubiales

Aqra wkoll

Tnediet investigazzjoni interna mill-FA Spanjola wara li ġie attivat il-protokoll tagħha dwar il-vjolenza sesswali.

Il-president tal-Federazzjoni, Luis Rubiales, ġie sospiż mill-FIFA wara li bies wara li bies fuq fomm il-player Spanjola, Jenni Hermoso, wara li ġew ippreżentati bil-midalji tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa wara li għelbu lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 1-0.  

Hermoso ta’ 33 sena qalet li l-bewsa li qalgħet mingħand Rubiales qatt ma kienet kunsenswali.

Id-delegata tal-protezzjoni tal-protokoll, Maria Dolores Martinez Madrona, qalet li l-kwistjoni issa qed tiġi investigata.

“Il-protokoll tagħna bħalissa huwa attivat u jinsab f’nofs l-investigazzjoni tal-avvenimenti. Għalhekk nitolbu l-akbar rispett għad-dritt tal-privatezza u d-dinjità tal-individwi kollha involuti,” qalet f’ittra ppubblikata mill-RFEF.

“Bħala d-delegat tal-protezzjoni għall- vjolenza sesswali, id-dmir tiegħi huwa li nżomm mal-protokoll u nissalvagwardja l-privatezza ta’ dawk milquta minn dan l-inċident u tal-kumitat konsultattiv dwar il-vjolenza sesswali.”

Il-protokoll jiġi attivat ladarba jitressaq ilment u jfisser li d-delegata tal-protezzjoni, pożizzjoni li bħalissa għandha referee Madrona mara, se tinvestiga u tibgħat is-sej­biet tagħha lill-kumitat konsultattiv dwar il-vjolenza sesswali.

Sadanittant, nhar is-Sibt li għadd, l-RFEF heddet azzjoni legali kontra Hermoso wara li sostniet li għandha evidenza li l-bews ta’ Rubiales kienet konsentwali filwaqt li hija refgħetu wkoll. 

Sport