Sunday, November 24, 2024

L-FA Spanjola mistennija tkeċċi lill-coach nazzjonali tan-Nisa

Aqra wkoll

L-FA Spanjol mistennija tkeċċi lill-coach, Jorge Vilda, li mexxa lit-team tan-nisa għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja. 

Jingħad li d-deċiżjoni ttieħdet mill-kapijiet tal-Federazzjoni, wara laqgħa biex jiġi diskuss it-tmexxija futura wara l-iskandlu ta’ Luis Rubiales. 

Vilda kienet iċ-ċentru tal-attenzjoni matul is-sajf wara li 15-il player tneħħew mill-iskwadra nazzjonali minħabba prattiċi mhux professjonali, xi ħaġa li Vilda kien akkużat ħafna għalihom.

F’dak il-punt kien viċin li jitlef l-impjieg tiegħu, iżda bl-appoġġ ta’ Rubiales żamm il-pożizzjoni tiegħu, minkejja li t-tensjoni baqgħet għolja.

Iżda issa Vilda qed jiġi akkużat li wara li mumenti wara li Olga Carmona skurjat l-uniku goal tal-finali kontra l-Ingilterra, filmati wrew lil Vilda f’ċelebrazzjoni jitgħannaq ma’ membri tal-istaff tiegħu, inkluż membru femminili.

Jidher li Vilda l-ewwel messilha l-ispalla fit-tgħanniqam iżda mbagħad idu x-xellugija niżlet għal fuq sidirha li baqa’ jżomm għal ftit mumenti. 

Sport