L-FBI ħarġu mandat ta’ arrest federali għas-sieħeb ta’ Gabby Petito b’rabta ma’ “użu mhux awtorizzat ta’ apparat” wara l-mewt ta’ Petito.
L-akkuża qiegħda tgħid li Brian Laundrie uża karta ta’ debitu u numru tal-PIN għal kontijiet li ma kinux tiegħu. Jidher li dan seħħ fil-perjodu bejn it 30 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru. Il-ġisem bla ħajja ta’ Petito kien insab f’park nazzjonali, post li din il-koppja kienu għadhom kif żaruh. Fil-preżent Laundrie mhux magħruf fejn qiegħed u l-familja tiegħu qalu li rawh l-aħħar nhar l-14 ta’ Settembru. L-uffiċjali qegħdin ifittxuh ġewwa Florida.
Il-koppja Laundrie u Petito kienu qegħdin fuq avventura b’vann, liema avventura damet ġimgħat. Ġara li Laundrie kien irritorna lura f’daru ġewwa Florida fl-1 ta’ Settembru li għadda iżda Gabby baqgħet qatt ma rritornat. Mal-wasla tiegħu hu ma għamel l-ebda kuntatt mal-pulizija jew mal-familja ta’ Petito. Il-famija Petito kienu rrapportat lil Gabby bħala nieqsa għaxart ijiem
wara.
Mill-awtopsja li saret fuq il-katavru ta’ Petito, li nstab fi Grand Teton National Park f’Wyoming, il-mediċi kkonkludew li dan kien omiċidju iżda ma taw l-ebda dettalji dwar kif seħħ. L-avukat ta’ Laundrie, Steve Bertolino, meta kien intervistat minn Fox News qal li hu jifhem li l-mandat ta’ arrest ħareġ għal attivitajiet li seħħew wara l-mewt ta’ Gabby Petito u mhux b’rabta diretta mal-mewt tagħha.