Saturday, December 21, 2024

L-FBI qed tinvestiga l-attakk ċibernetiku fuq Twitter

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-FBI bdiet investigazzjoni dwar hacking li sar fuq kontijiet ta’ twitter ta’ persuni famużi fl-Istati Uniti tal-Amerika. Stqarrija li ħarġet l-FBI tgħid li l-kontijiet ta’ għadd ta’ personalijiet ġew infiltrati bil-għan li jagħmlu frodi bil-Bitcoin. Fid-dawl ta’ dan, l-FBI ħeġġew lill-pubbliku biex jibqa’ viġilanti.

Elon Musk, Bill Gates u Joe Biden kienu fost dawk il-persuni li spiċċaw vittma tal-attakk ċibernetiku li kien deskritt bħala wieħed kordinat. Jidher li l-hackers tellgħu appelli għal donazzjonijiet permezz ta’ cryptocurrency fuq il-profili ta’ dawn il-personaġġi. Il-messaġġ li deher fuq il-profil ta’ Bill Gates, il-fundatur ta’ Microsoft, kien jgħid hekk: “kulħadd jitlobni biex nagħti lura, inti ibgħatli $1,000 u jien nagħtik lura $2,000.”

Il-Kumitat tal-kummerċ ħdan is-Senat tal-Istati Uniti talab lil twitter biex sat-23 ta’ dan ix-xahar tagħti d-dettalji dwar dak li seħħ. Min-naħa tagħhom twitter qalu li l-hackers jidher li attakkaw lil dawk il-ħaddiema tagħhom li għandhom aċċess għal sistemi u għodod interni biex imbagħad minn hemm setgħu jiksbu informazzjoni sensittiva fuq għadd ta’ utenti popolari.

Twitter żied jgħid li ttieħdu għadd ta’ miżuri biex ħaġa bħal din ma terġax tiġri lwaqt li qalu li qegħdin jinvestigaw. Apparti hekk, l-mument twitter waqqaf lill-utenti milli jipprovdu indirizzi tal- Bitcoin.

Ekonomija

Sport