Pjan ta’ terrur suspettat li kellu jseħħ Lejlet l-Ewwel tas-Sena minn grupp ta estremisti ġie sfrattat mill-uffiċjali tal-FBI u tal-infurzar tal-liġi ta’ Los Angeles nhar it-Tnejn. Erba’ persuni allegati membri tal-Front ta’ Liberazzjoni tal-Gżira tat-Turtle ġew arrestati fuq suspett li ppjanaw attakk bil-bombi kkoordinat f’mill-inqas ħames postijiet fin-nofsinhar ta’ California.
Is-suspettati ġew arrestati l-ġimgħa li għaddiet waqt li kienu qed jivvjaġġaw lejn id-deżert fil-Lvant ta’ Los Angeles biex jittestjaw apparati splussivi improvizzati, qalu l-uffiċjali. L-FBI “fixklet il-pjan”, iżda investigazzjoni biex jiġu identifikati suspettati potenzjali oħra għadha għaddejja.
Audrey Illeene Carroll ta 30 sena, Zachary Aaron Page, ta 32 sena, Dante Gaffield ta 24 sena u Tina Lai ta 41 sena qed jiffaċċjaw akkużi fil-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti għad-Distrett Ċntrali ta’ California li jinkludu konspirazzjoni u pussess ta’ apparat distruttiv.
Fit-12 ta’ Diċembru, il-grupp ivvjaġġa lejn id-deżert u allegatament kienu qed iġorru magħhom kimiċi biex joħolqu bombi bi prodotti kemikali, qalu l-uffiċjali waqt konferenza stampa nhar it-Tnejn.
Ajruplan ta’ sorveljanza qabad filmati tal-movimenti tagħhom u t-tim SWAT tal-FBI ta’ Los Angeles, flimkien ma uffiċjaliu oħra, arrestaw lill-erba persuni fuq il-post.
Il-pjan tal-attakk kien jinvolvi apparati splussivi li kienu diġa tħawlu f’postijiet mmirati lejn żewġ kumpaniji Amerikani deskritti bħala ċentri loġistiċi, f’nofsillejl ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fiż-żona ta’ Los Angeles.
Il-grupp allegatament iddiskuta wkoll l-attakk bil-bombi fuq aġenti u vetturi tal-Infurzar tal-Immigrazzjoni u d-Dwana f’Jannar jew Frar, skont ma qalu l-uffiċjali.
It-tfixkil b’suċċess ta’ dan il-pjan huwa xhieda qawwija tar-rispons unifikat u mmedjat tad-dipartiment tal-pulizija ta’ Los Angeles qal il-Kap tal-LAPD li żied jgħid li x-xogħol permezz ta’ aġenziji alleati impedixxa traġedja potenzjali u afferma mill-ġdid l-impenn komuni tal-pulizija li tissalvagwardjaw il-komunitajiet tal-post.

