Wednesday, December 4, 2024

L-FIA se tibdel r-regoli għal governanza ċara

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomoboliżmu (FIA) se tbiddel ir-regoli biex jiġu limitati l-modi kif it-tmexxija tagħha tista’ tinżamm responsabbli għal governanza ħażina.

Ġie ċċirkolat sett ta’ reviżjonijiet tal-ista­tut li jirregola l-kumitati tal-awditjar u tal-etika tal-clubs membri biex jiġu approvati waqt votazzjoni tal-Assemblea Ġenerali, fit-13 ta’ ta’ dan ix-xahar. 

Dawn jiżguraw li kwalunkwe ilment dwar l-etika jiġi ssorveljat mill-president tal-FIA u mill-president tas-senat tagħha, aktar milli mis-senat innifsu … u jneħħu s-setgħa tal-kumitat tal-awditjar li jinvestiga kwistjonijiet finanzjarji b’mod indipendenti.

Il-proposti jaslu wara sena li fiha l-kumitati tal-etika u tal-awditjar investigaw numru ta’ allegazzjonijiet dwar l-aġir tal-president tal-FIA, Mohammed Ben Sulayem.

Dawn kienu jinkludu mistoqsijiet dwar il-finanzi tal-uffiċċju privat ta’ Ben Sulayem; it-twaqqif ta’ “fond tal-president” ta’ $1.5 miljuni biex iħallas lill-clubs membri, li jivvutaw għall-president tal-FIA. 

Barra minn hekk, żewġ allegazzjonijiet separati li Ben Sulayem indaħal fl-operaz­zjonijiet tat-tiġrijiet kollha fl-2023, ġew miċ­ħuda għal kollox. 

L-eks uffiċjal kap eżekuttiv Natalie Robyn ħalliet l-organizzazzjoni wara li qajmet mistoqsijiet dwar il-governanza ġenerali tal-organizzazzjoni u l-prattiki professjonali tagħha, inklużi l-finanzi fl-uffiċċju tal-president.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport