Thursday, December 26, 2024

L-FIA titlob kjarifika fuq il-każ tal-kap tar-Red Bull

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu qed titlob kjarifika mingħand ir-Red Bull biex tissolva l-kontroversja tal-kap tagħhom, Christian Horner. 

Huwa qed jiffaċċja allegazzjonijiet ta’ imġieba mhux     xierqa u ta’ kontroll lejn kollega mara. Horner, li ilu jmexxi t-team mill-2005, ċaħad l-allegazzjonijiet li saru.

“Nittamaw li l-kwistjoni tiġi ċċarata mal-ewwel opportunità wara proċess ġust u bir-reqqa,” tinqara stqarrija tal-F1.

Min-naħa tar-Red Bull, dawn qalu li huma qed jieħdu dan il-każ bl-akbar serjetá u saħansitra Horner ġie inter­vistat minn avukat għal diversi sigħat fid-9 ta’ dan ix-xahar. 

Peró, qalu li mhux jikkumentaw f’dan l-istadju.  L-IF

Ekonomija

Sport