Thursday, October 31, 2024

L-FKNK tgħid li klieb ta’ kaċċaturi qed jisfaw fil-mira ta’ individwi wara li jinstab velenu tal-ġrieden fl-Aħrax

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) allegat li pesuna jew persuni mhux magħrufin ħallew zalzett tal-Malti miksi b’velenu tal-ġrieden fl-inħawi tal-Aħrax bil-klieb tal-kaċċaturi faċilment jistgħu jisfaw vittmi tal-velenu.

L-FKNK qalet li dan il-każ isegwi dak li ġara nhar il-Ħadd li għadda meta membri tal-FKNK ġabru basket mimli velenu tal-ġrieden li nstab imxerred fil-Miżieb.

Il-federazzjon tal-kaċċaturi tenniet li dawn huma atti provokatorji, ta’ aggressjoni u atti ta’ vandaliżmu fil-konfront tal-kaċċaturi n-nassaba u l-klieb tal-kaċċa tagħhom. Fl-istess waqt ippontat subgħajha fil-konfront ta’ BirdLife Malta fejn qalet li kienu dawn tal-aħħar li taw bidu għal sensiela ta’ provokazzjonijiet.

L-FKNK temmet billi appellat mill-ġdid lill-Pulizija għal protezzjoni kontra dawn l-attakki fil-konfront tal-membri tagħha qabel ma dawn jaf ikollhom konsegwenzi ferm aktar serji.

Sport