Iżrael qal li wettaq attakki ġodda fuq il-“kumpless tat-tmexxija” tal-Iran f’Tehran, inkluż l-uffiċċju presidenzjali. Midja internazzjonali fl-Iran qal li “kull parti” ta’ Tehran intlaqtet, filwaqt li qed ikun hemm żviluppi li juru splużjonijiet fil-lvant tal-belt.
L-għadd ta’ nies maqtula minn meta bdew l-attakki bejn l-Istati Uniti u l-Iżrael laħaq is-787 persuna. L-Iżrael qal li t-truppi tal-art se “javvanzaw u jaħtfu żoni strateġiċi addizzjonali fil-Libanu sabiex iwaqqfu l-attakki fuq Iżrael”.
L-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Riyadh, l-Arabja Sawdija, intlaqtet minn żewġ drones, apparentement mill-Iran. Il-prezz tal-petrol fis-swieq internazzjonali reġa’ żdied – bi 30% f’punt wieħed nhar it-Tlieta filgħodu. Dan wara żidiet ta’ 50% nhar it-Tnejn.
Sadanittant, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump reġa’ kkritika lil Keir Starmer talli inizjalment ċaħad l-aċċess għall-bażijiet Brittaniċi.
L-Istati Uniti u Iżrael attakkaw lill-Iran nhar is-Sibt, u qatlu lill-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei. L-Iran irritalja b’mewġa ta’ attakki madwar ir-reġjun. Nhar it-Tnejn, l-Istati Uniti qalet lill-Amerikani madwar in-Nofs… Lvant biex “titlaq issa”.



