Friday, November 15, 2024

L-għadd ta’ persuni f’impjieg żdied b’5% u laħaq il-280,469

Aqra wkoll

Il-forza tax-xogħol f’pajjiżna kibret bi kważi 5 fil-mija matul it-12-il xahar  sa Ġunju li għadda tant li huwa stmat li fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm 280,469 persuna li għandhom impjieg. Dan ifisser li 62.4 fil-mija tal-popolazzjoni fl-eta’  minn 15 sa 64 sena kellhom xi forma ta’ impjieg.

Ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – l-NSO jagħtu dettalji tal-qasam tal-impjiegi f’pajjiżna bejn Ġunju 2021 u Ġunju ta’ din is-sena. L-istess ċifri juru medja ta’ 78 minn kull 100 persuna minn 15-il sena ‘l fuq kellhom impjieg.

F’dik li hija kategorija ta’ ġeneru, 83.8 fil-mija tal-persuni f’impjieg kienu rġiel filwaqt li r-rata ta’ nisa laħqet 70.3 fil-mija. L-akbar għadd ta’ ħaddiema huma fil-grupp ta’ età bejn il-25 u 34 sena.

Ir-rata tal-qgħad għat-tieni kwart tal-2022, kienet ta’ 2.9 fil-mija. L-akbar sehem ta’ nies qiegħda kien irreġistrat fost persuni ta’ bejn 25 u 74 sena. In-nisa ammontaw għal 59.0 fil-mija tat-total.

L-istess ċifri jgħidu li l-persuni inattivi u dawk ‘il fuq minn 65 sena kienu jagħmlu l-ogħla sehem mill-inattivita’. Ir-raġuni ewlenija għal dan tirrigwarda persuni li jilħqu l-età tal-irtirar u kif ukoll dawk li jagħżlu li jirtiraw qabel qabel il-waqt.

Ekonomija

Sport